MT - Rakkomandazzjonijiet ġenerali dwar is‐sigurtà

MT: Rakkomandazzjonijiet ġenerali dwar is‐sigurtà

ATTENZJONI: Qabel ma joħroġ mill-ippakkjar u jinstalla s-sistema tas-sonda SP25M, l-utent għandu jaqra bl-attenzjoni l-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà hawn taħt u jiżgura li jkunu segwiti f'kull ħin mill-operaturi kollha li jużaw is-sistema tas-sonda. L-użu ta' kontrolli jew aġġustamenti, jew it-twettiq ta' proċeduri ħlief dawk speċifikati hawnhekk, jistgħu jirriżultaw f'espożizzjoni perikoluża għal radjazzjoni infra-red.

L-operaturi għandhom jiġu mħarrġa fl-użu u fl-applikazzjoni tas-sistema tas-sonda SP25M u tal-prodotti li jiġu magħha, fil-kuntest tal-magna li tkun iffittjata magħha, qabel ma jitħallew iħaddmu dik il-magna.

NOTA: Ir-referenzi hawn taħt jirreferu għal karatteristiċi indikati [†] [‡] [♦] fuq l-istampi murija hawn taħt. Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li tifhem b'mod ċar l-istruzzjonijiet kollha dwar is-sigurtà. Hu rakkomandat li wieħed ikun familjari mal-komponenti tas-sistema SP25M, kif muri fis-sezzjonijiet li ġejjin.

Is-sistema tas-sonda SP25M għandha protezzjoni overtravel mekkanika pprovduta fl-assi +Z tas-sonda, permezz ta' bumpstop fissa. Għalhekk, is-sistema tal-kontroll tal-magna trid tkun kapaċi twaqqaf il-moviment tal-magna, f'din l-assi tas-sonda, qabel ma tintlaħaq il-bumpstop. Jekk dan mhuwiex il-każ, l-utent għandu jilbes protezzjoni għall-għajnejn matul it-tħaddim fil-każ ta' ksur tal-istylus.

Għandu jkun kawtela biex jiġi żgurat li l-optical windows (indikati b'[♦]), li jinsabu kemm fuq il-body kif ukoll fuq il-modulu, ma ssirilhomx ħsara għax huma tal-ħġieġ u jistgħu jikkawżaw korriment.

ATTENZJONI: Kalamiti permanenti jintużaw f'xi partijiet tas-sistema SP25M u prodotti assoċjati magħha. Hu importanti li żżommhom 'il bogħod minn oġġetti li jistgħu jiġu affettwati minn kampijiet manjetiċi, eż. sistemi ta' ħażna tad-dejta, pacemakers u arloġġi, eċċ.

Sigurtà tal-LED

Il-body tal-SP25M fih sorsi ta' embedded high power LED (indikati b'[†]) li jipproduċu radjazzjoni infra-red inviżibbli. Dawn is-sorsi jiġu esposti meta SM25-# jew modulu TM25-20 ma jkunux imwaħħla.

Li tneħħi l-modulu, jaqta' żewġ settijiet ta' interlock switches (indikati b'[‡]) biex jitfi awtomatikament l-enerġija LED u jassigura sigurezza lill-utent.

F'intervalli adattati, il-kuntatti tal-interlock għandhom jiġu eżaminati u ċċekkjati biex jiġi żgurat li jkunu nodfa u ma jkunx fihom kontaminazzjoni li tkun ġiet mill-arja, bħal trab, partikuli żgħar u rbaba tal-ħadid. F'ċirkustanzi li x'aktarx li mhux se jseħħu, kontaminazzjoni bħal din tista' tikkawża xort tal-pinns u għaldaqstant iżżid ir-riskju li tintbagħat enerġija lil-LEDs, mingħajr ma jkun hemm modulu mwaħħal. M'għandek qatt tikkonnettja oġġetti li jikkonduċu ma', jew bejn, il-kuntatti. Segwi l-istruzzjonijiet dwar it-tindif fit-taqsima tal-manutenzjoni.

Qabel tibda l-ispezzjoni, dejjem neħħi l-body tal-SP25M minn mal-probe head.

F'każ ta' ħsara serja lil, jew il-qsim ta', kwalunkwe parti tal-body tal-SP25M jew tal-casing ta' barra tal-iscanning module, IMMEDJATAMENT skonnettja s-sors tal-enerġija, neħħi u tippruvax terġa' tuża l-partijiet, u ikkuntattja lill-fornitur tiegħek għal parir.

Stampi dwar is-sigurtà

Dawn id-dijagrammi juru karatteristiċi, indikati b'[†] [‡] [♦] li hemm referenzi għalihom f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà.

Korp tas-sonda SP25M

Dehra tat-tarf li turi kinematic joint mal-modulu

SP25M safety illustration - body end 

SP25M kinematic joint mal-modulu

SM25 scanning modules

Dehra tat-tarf li turi kinematic joint mal-korp

SP25M safety illustration - module end 

SP25M kinematic joint mal-korp