MT - Sigurtà

ATTENZJONI: Qabel ma joħroġ mill-ippakkjar u jinstalla s-sistema REVO, l-utent għandu jaqra bir-reqqa l-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà t'hawn taħt u jara li jkunu segwiti f'kull ħin mill-operaturi kollha.

Il-medda ta' sondi RSP3 għandha tintuża biss mar-Renishaw REVO head.

L-operaturi għandhom ikunu mħarrġa fl-użu u fl-applikazzjoni tas-sistema REVO u tal-prodotti li jiġu magħha, fil-kuntest tal-magna li tkun iffittjata magħha, qabel ma jitħallew iħaddmu dik il-magna.

Kalamiti permanenti jintużaw f'xi partijiet tas-sistema REVO u prodotti assoċjati magħha. Hu importanti li żżommhom 'il bogħod minn oġġetti li jistgħu jiġu affettwati minn kampijiet manjetiċi, eż. sistemi tal-ħażna tad-dejta, pacemakers u arloġġi, eċċ.

Emissjonijiet RSP3 LED

Il-medda ta' RSP3 scanning probes tinkorpora sorsi embedded high power LED, u m'għandhiex tintuża f'każ ta' ħsara serja lil, jew il-qsim ta', kwalunkwe parti tal-RSP3. F'kaýijiet bħal dawn, skonnettja MINNUFIH is-sors tal-provvista tad-dawl, neħħi u tippruvax terġa' tuýa l-partijiet. Ikkuntattja lill-fornitur tiegħek għal parir.

RCP TC-2

Il-metodu ta' kif taqta' l-provvista tad-dawl hu li tiskonnettja l-cable tad-dawl jew titfi l-provvista tad-dawl.

Twissijiet

Oqgħod attenta għal moviment mhux mistenni. L-utent għandu jibqa' 'l barra miż-żona sħiħa tal-operat tal-probe head u tal-istylusIl-fornitur tal-magna għandu jiżgura li l-utent ikun jaf x'inhi ż-żona sħiħa tal-operat tas-sistema.

Fix-xogħol kollu li jinvolvi l-użu ta' għodda tal-magni jew CMMs, il-protezzjoni tal-għajnejn hi rakkomandata.

Hi r-responsabbiltà tal-fornitur tal-magna li jiżgura li l-utent ikun konxju ta' kwalunkwe perikli involuti fit-tħaddim, inklużi dawk imsemmija fid-dokumentazzjoni tal-prodotti Renishaw, u li jiżgura li hemm protezzjoni u l-interlocks tas-sigurtà adegwati pprovduti.

Irreferi għall-istruzzjonijiet tal-operat tal-fornitur tal-magna.

Il-komponenti tas-sistema ma fihom l-ebda partijiet li jistgħu jingħataw service mill-utent, bl-eċċezzjoni ta' RCP TC-2, RCP2 u FCR25. M'għandu jkun hemm l-ebda attentat biex tiżżarma kwalunkwe parti tal-prodott. Fil-każ ta' xi problema, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur tiegħek għall-għajnuna.

Taħt ċerti ċirkustanzi, is-sinjal tas-sonda jista' jindika b'mod falz kundizzjoni probe-seated. Tiddependix fuq is-sinjali tas-sonda biex twaqqaf il-moviment tal-magna.

Il-probe trigger override mhux se jħalli l-magna tersaq lura f'każ ta' ħabta tal-probe.

Il-joints tal-probe huma ddisinjati b'tali mod li jerħu l-probe u/jew l-istylus holder fil-każ ta' ħabta.

Dan it-tagħmir mhuwiex adattat għall-użu f'atmosfera li hi potenzjalment esplożiva.

Jeżisti periklu li wieħed jinqaras bejn il-partijiet. Iżżommx il-probe jew il-probe head waqt il-movimenti.

Hu essenzjali għal sigurtà kontinwa, li l-fuses kollha jiġu sostitwiti bi fuses ta' tip u rating korrett.

Il-head għandha tinġarr f'ippakkjar fornut minn Renishaw.

Il-cables iridu jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet ta' Renishaw. Cabling li ma jkunx kif suppost jista' jikkawża ħsara lit-tagħmir.