Skip navigation

MT - Sigurtà

NOTA: Għal temperaturi ambjentali taħt 40°C, l-enerġija massima prodotta għall-SPA3 hi ta' 800W. Għal temperaturi bejn 40°C u 50°C, l-enerġija massima hi ta' 400 W.

TWISSIJA: SPA3 mhuwiex rakkomandat għall-użu f'temperaturi ambjentali ogħla minn 50°C.

TWISSIJA: Il-provvedimenti tal-earthing għall-magna sħiħa huma r-responsabbiltà tal-OEM jew tal-installatur.

TWISSIJA: SPA3 jiġi iżolat mill-provvista tad-dawl DC billi tiskonnettja l-konnettur tal-provvista tad-dawl. Jekk kwalunkwe mezz addizzjonali ta' iżolament ikun meħtieġ, dan irid jiġi speċifikat u installat mill-manifattur tal-magna jew mill-installatur tal-prodott. L-iżolatur irid jitpoġġa fejn ikun jista' jintlaħaq faċilment mill-operatur tas-CMM u jrid ikun konformi ma' IEC61010 u ma' kwalunkwe regolamenti nazzjonali applikabbli dwar il-wiring għall-pajjiż fejn ikun qed jiġi installat.

TWISSIJA: Il-PSU jrid jittollera ħsara waħda, ikun approvat skont EN60950-1 u jrid jitqabbad ma' provvista tad-dawl li tinkorpora konduttur protettiv tal-earth. Il-provvedimenti tal-earthing u l-protezzjoni minn ħsara residwa għall-magna sħiħa huma r-responsabbiltà tal-OEM jew tal-installatur.

Sigurtà tal-magna

TWISSIJA: Li titfi jew li tiżola l-SPA3 jista' MA JIPPREVENIX moviment mhux mistenni tal-magna. Hu rakkomandat li l-utent jiżola l-magna mill-provvista tad-dawl, minn arja kkompressata jew minn sorsi oħrajn ta' enerġija skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-magna qabel ma jidħol fiż-żona ta' periklu jew qabel ma jwettaq kwalunkwe xogħol ta' manutenzjoni.

Jekk it-tagħmir jintuża b'mod li ma jkunx speċifikat mill-manifattur, il-protezzjoni pprovduta mit-tagħmir tista' titnaqqas.

Is-sistema tas-sigurtà tal-waqfien ta' emerġenza li ġiet integrata fl-SPA3 hi maħsuba sabiex tikseb kategorija 2 għal standard BS EN ISO13849-1:2008. Dan jista' jkun hardware ikkonfigurat biex jikseb kategorija B. Għalhekk, l-evalwazzjoni tar-riskju magħmula mill-installatur tas-sistema fuq l-installazzjoni, suppost li stabbiliet liema kategorija hi meħtieġa.

ATTENZJONI: Hu rakkomandat bil-qawwa li l-manifattur tas-CMM jew tar-retrofitter jinkludi test perjodiku ta' waqfien ta' emerġenza u jekk ikun fihom, ir-reset switch fl-istruzzjonijiet tagħhom tal-manutenzjoni.

L-SPA3 għandu jiġi kkummissjonat biss permezz tar-Renishaw software. Li tonqos li tagħmel hekk, jista' jirriżulta f'moviment mhux mistenni tal-magna.