Skip navigation

MT - Sigurtà

Jeżistu perikli li persuna tinqaras bejn il-partijiet li jkunu jiċċaqilqu u l-partijiet statiċi. Iżżommx ir-ras tas-sonda waqt il-moviment, jew meta tkun qiegħed/qiegħda tibdel sonda.

Oqgħod attent għal moviment mhux mistenni. L-utent għandu jibqa' 'l barra miż-żona kompleta tal-operat tal-kombinazzjonijiet tat-tagħmir tal-probe head/extension/probe.

Fix-xogħol kollu li jinvolvi l-użu ta' għodda tal-magni jew CMMs, il-protezzjoni tal-għajnejn hi rakkomandata.

F'ċerti installazzjonijiet hemm pajpijiet ta' l-arja li jgħaddu minn barra. Għandu jkun hemm kawtela biex jiġi żgurat li l-pipes jkunu mwaħħlin b'mod sod mal-barbed air fittings.

Għal struzzjonijiet dwar it-tindif bla periklu tal-prodotti ta' Renishaw, irreferi għall-informazzjoni dwar il-manutenzjoni fid-dokumentazzjoni relevanti tal-prodott rilevanti.

Itfi d-dawl qabel tibda tagħmel xi xogħol ta' manutenzjoni. Irreferi għall-istruzzjonijiet tal-operat tal-fornitur tal-magna.

NOTA: M'hemmx tagħmir imħaddem bil-provvista ta' l-elettriku fis-sistema PHS-2.

Hi r-responsabbiltà tal-fornitur tal-magna li jiżgura li l-utent ikun konxju dwar kwalunkwe perikli involuti fit-tħaddim, inklużi dawk imsemmija fid-dokumentazzjoni tal-prodotti Renishaw, u li jiżgura li jkun hemm protezzjoni u l-interlocks tas-sigurtà adegwati pprovduti.

Taħt ċerti ċirkustanzi, is-sinjal tas-sonda jista' jindika b'mod falz kundizzjoni probe-seated. Tiddependix fuq is-sinjali tas-sonda biex twaqqaf il-moviment tal-magna.

Il-metodu mistenni ta' waqfien ta' emerġenza għal prodotti ta' Renishaw huwa billi jintefa l-iswiċċ li jforni l-elettriku lill-prodott.