Skip navigation

MT - Sigurtà

ATTENZJONI: Qabel ma joħroġ mill-ippakkjar u jinstalla s-sistema REVO, l-utent għandu jaqra bir-reqqa l-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà t'hawn taħt u jara li jkunu segwiti f'kull ħin mill-operaturi kollha.

L-SFP1 għandu jintuża biss mar-Renishaw REVO head.

L-operaturi għandhom ikunu mħarrġa fl-użu u fl-applikazzjoni tas-sistema REVO u tal-prodotti li jiġu magħha, fil-kuntest tal-magna li tkun iffittjata magħha, qabel ma jitħallew iħaddmu dik il-magna.

Kalamiti permanenti jintużaw f'xi partijiet tas-sistema REVO u prodotti assoċjati magħha. Hu importanti li żżommhom 'il bogħod minn oġġetti li jistgħu jiġu affettwati minn kampijiet manjetiċi, eż. sistemi tal-ħażna tad-dejta, pacemakers u arloġġi, eċċ.

Emissjonijiet tal-laser SFP1 Klassi 3R

Ir-referenzi jirreferu għal karatteristiċi indikati bħala † u ‡ fl-istampi hawn taħt. Jekk jogħġbok aċċerta ruħek li tifhem l-istruzzjonijiet kollha dwar is-sigurtà. Hu rakkomandat li wieħed ikun familjari mal-komponenti tas-sistema REVO.

Stampa dwar is-sigurtà ta' SFP1 Klassi 3R

Din il-verżjoni ta' SFP1 ġiet ikklasifikata bħala prodott tal-laser ta' klassi 3R skont EN 60825-1:2007. Din il-klassifikazzjoni hi bbażata fuq il-qawwa tal-laser li joħroġ, fil-każ li x'aktarx ma jseħħx, li l-istylus holder jinkiser, kif meħtieġ mill-kriterji ‘single fault' f'EN60825-1. Fl-assenza ta' ħsara bħal din, il-qawwa tal-laser li toħroġ hi negliġibbli.

SFP1 laser safety labels

Key
† Kuntatti tas-swiċċ interlock

‡ L-apertura tal-laser u t-tieqa ottika

ATTENZJONI: Tneħħix it-tikketti bit-twissijiet tas-sigurtà li jinsabu fuq il-probe body tal-SFP1.

Laser output

  • Output massimu: < 5 mW
  • Tul tal-pulse: mewġa kontinwa
  • Tul tal-mewġa: 670 nm
  • Diverġenza tar-raġġ: 2 mrad

L-SFP1 body fih sorsi embedded tal-laser ta' Klassi 3B, u m'għandux jintuża f'każ ta' ħsara serja lil, jew il-qsim ta', kwalunkwe parti tal-prodott. F'każijiet bħal dawn, skonnettja IMMEDJATAMENT is-sors tal-provvista tad-dawl, neħħi u tippruvax terġa' tuża l-partijiet. Ikkuntattja lill-fornitur tiegħek għal parir.

Taħt kundizzjonijiet ta' operat normali, ir-raġġ tal-laser ikun totalment magħluq fil-probe body u l-istylus holder body, u ma jkunx aċċessibbli għall-utent. Jekk tneħħi l-istylus holder, tkun qed taqta' żewġ settijiet ta' kuntatti tas-swiċċ interlock, indikati bħala †, biex awtomatikament titfi l-provvista tad-dawl tal-laser u tevita espożizzjoni għar-raġġ.

F'intervalli adattati, il-kuntatti tal-interlock għandhom jiġu eżaminati u ċċekkjati biex jiġi żgurat li jkunu nodfa u ma jkunx fihom kontaminazzjoni li tkun ġiet mill-arja, bħal trab, partikuli żgħar jew frak żgħir tal-ħadid. F'ċirkustanzi mhux mistennija, kontaminazzjoni bħal din tista' tikkawża short circuit tal-pins u għaldaqstant iżżid ir-riskju li enerġija elettrika tintbagħat lil-laser, mingħajr ma jkun hemm l-istylus holder imwaħħal. M'għandek qatt tikkonnettja oġġetti li jikkonduċu ma', jew bejn, il-kuntatti. Segwi l-istruzzjonijiet dwar it-tindif fit-taqsima tal-manutenzjoni.

Qabel ma teżaminah, dejjem neħħi l-SFP1 minn mal-head. M'għandek qatt tħares direttament fil-laser aperture, indikata bħala ‡, waqt li l-SFP1 body ikun għadu kkonnettjat mal-probe head.

Fil-każ, li x'aktarx ma jseħħx, li l-istylus holder stem jinkiser mingħajr ma l-konnessjoni interlocked bejn il-probe u l-istylus holder tinqala' minn postha, hemm riskju żgħir ta' espożizzjoni għal dawl tal-laser ta' Klassi 3R mill-aperture iż-żgħira tal-istylus stem miksur. Il-ħars dirett jista' jikkawża ħsara permanenti lill-vista u għandu jkun evitat. Jekk iseħħ xi tkissir, wieħed m'għandux iħares direttament lejn kwalunkwe dawl tal-laser li joħroġ jew li jkun rifless, u għandu jagħfas il-buttuna tal-waqfien ta' emerġenza fuq il-unit ta' kontroll manwali biex jevita moviment mhux mistenni. Imbagħad neħħi manwalment il-probe u l-istylus holder minn mar-ras REVO. Ġaladarba dan isir, il-magna għandha titneħħa manwalment u titpoġġa 'l bogħod mill-parti, u l-ħsara għandha tiġi evalwata. Taħt l-ebda ċirkustanza m'għandu jkun hemm l-ebda attentat biex l-istylus holder jissewwa jew jintuża mill-ġdid. Ikkuntattja lill-fornitur tiegħek għal parir.

RCP TC-2

Il-metodu ta' kif taqta' l-provvista tad-dawl hu li tiskonnettja l-cable tad-dawl jew titfi l-provvista tad-dawl.

Operat ġenerali u manutenzjoni

Il-prodott għandu jintuża biss mal-kontrollur Renishaw UCC2-2.

Hu rakkomandat li l-provvista tad-dawl tintefa qabel ma jitwettqu kwalunkwe operazzjonijiet tal-manutenzjoni.

Il-manutenzjoni hi ristretta għall-proċeduri deskritti fit-taqsima tal-manutenzjoni.

Wieħed għandu joqgħod attent biex jiżgura li l-laser aperture windows, indikati bħala ‡, li jinsabu fuq l-SFP1 u l-mating stylus holders, ma tiġrilhomx il-ħsara, għax huma tal-ħġieġ u jistgħu jikkawżaw korriment jekk jinkisru.

ATTENZJONI: L-użu ta' kontrolli jew aġġustamenti jew il-prestazzjoni ta' proċeduri minbarra dawk speċifikati hawnhekk, jistgħu jirriżultaw f'espożizzjoni perikoluża għar-radjazzjoni.

Twissijiet

Oqgħod attenta għal moviment mhux mistenni. L-utent għandu jibqa' 'l barra miż-żona sħiħa tal-operat tal-probe head u tal-istylusIl-fornitur tal-magna għandu jiżgura li l-utent ikun jaf x'inhi ż-żona sħiħa tal-operat tas-sistema.

Fix-xogħol kollu li jinvolvi l-użu ta' għodda tal-magni jew CMMs, il-protezzjoni tal-għajnejn hi rakkomandata.

Hi r-responsabbiltà tal-fornitur tal-magna li jiżgura li l-utent ikun konxju ta' kwalunkwe perikli involuti fit-tħaddim, inklużi dawk imsemmija fid-dokumentazzjoni tal-prodotti Renishaw, u li jiżgura li hemm protezzjoni u l-interlocks tas-sigurtà adegwati pprovduti.

Irreferi għall-istruzzjonijiet tal-operat tal-fornitur tal-magna.

Il-komponenti tas-sistema ma fihom l-ebda partijiet li jistgħu jingħataw service mill-utent, bl-eċċezzjoni ta' RCP TC-2, RCP2 u FCR25. M'għandu jkun hemm l-ebda attentat biex tiżżarma kwalunkwe parti tal-prodott. Fil-każ ta' xi problema, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-fornitur tiegħek għall-għajnuna.

Taħt ċerti ċirkustanzi, is-sinjal tas-sonda jista' jindika b'mod falz kundizzjoni probe-seated. Tiddependix fuq is-sinjali tas-sonda biex twaqqaf il-moviment tal-magna.

Il-probe trigger override mhux se jħalli l-magna tersaq lura f'każ ta' ħabta tal-probe.

Il-joints tal-probe huma ddisinjati b'tali mod li jerħu l-probe u/jew l-istylus holder fil-każ ta' ħabta.

Dan it-tagħmir mhuwiex adattat għall-użu f'atmosfera li hi potenzjalment esplożiva.

Jeżisti periklu li wieħed jinqaras bejn il-partijiet. Iżżommx il-probe jew il-probe head waqt il-movimenti.

Hu essenzjali għal sigurtà kontinwa, li l-fuses kollha jiġu sostitwiti bi fuses ta' tip u rating korrett.

Il-head għandha tinġarr f'ippakkjar fornut minn Renishaw.

Il-cables iridu jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet ta' Renishaw. Cabling li ma jkunx kif suppost jista' jikkawża ħsara lit-tagħmir.