Skip navigation

MT - Sigurtà

Rekwiżiti tal-elettriku

Il-kontrollur ACC2-3 jitħaddem mill-ac mains supply permezz ta' konnettur IEC 320. Il-vultaġġi tal-operat tal-unit huma kif ġej:

  • 100 V - 240 V ac + 10%, -15%
  • 47 Hz - 66 Hz
  • 50 W

Kif tibdel il-fuse

Hemm żewġ 1 A (T) HBC slow-blow 250 V fuses (wieħed hu spare). Il-fuse jinbidel kif ġej:

  1. Skonnettja l-mains power.
  2. Uża tornavit biex tillieva l-fuseholder biex tikxef il-fuse.
  3. Neħħi l-fuse u ibdlu b'1 A (T) HBC slow-blow, 250 V, 20 × 5 mm fuse, rating ta' IEC127.
  4. Ibdel il-fuseholder.
  5. Erġa' kkonnettja l-mains power.

TWISSIJA: Aċċerta ruħek li jintużaw biss fuses tat-tip speċifikat meta tibdilhom. Dan it-tagħmir irid jiġi kkonnettjat ma' konduttur ta' earth protettiv permezz ta' three core mains (line) cable. Il-mains plug għandha tiddaħħal biss ġo socket outlet ipprovdut b'kuntatt ta' earth protettiv. Il-kuntatt ta' earth protettiv m'għandux jinqabeż bl-użu ta' extension mingħajr konduttur protettiv.

TWISSIJA: Kwalunkwe interruzzjoni tal-konduttur protettiv jista' jagħmel it-tagħmir perikoluż. Aċċerta ruħek li r-rekwiżiti tal-grounding jiġu strettament osservati.

Emissjoni ta' dawl aħmar infra red

PRODOTT LED TA' KLASSI 1

ATTENZJONI: Dan il-prodott juża raġġi TAT-TIP infra red sensing. L-axis fuq in-naħa ta' quddiem tar-raġġ ta' dawl IR tinsab bi dritt is-slots fuq in-naħa ta' quddiem tal-port lids. Għalkemm li tħares b'mod dirett lejn ir-raġġ ta' dawl mhuwiex ta' periklu, hu rakkomandat li l-utent ma jpoġġix għajnejn bi dritt mal-axis tar-raġġ ta' dawl jew qrib is-sors tal-LED li tinsab fuq in-naħa tal-lemin tal-port 8 lid.

Technical drawing:  Technical drawing:  ACR1 - infra red light emission - safety image_MT

Twissijiet

Jeżistu perikli li persuna tinqaras bejn il-partijiet li jkunu jiċċaqilqu u l-partijiet statiċi. Iżżommx ir-ras tas-sonda waqt il-movimenti, jew waqt li tkun qed tibdel is-sonda manwalment

Oqgħod attent għal moviment mhux mistenni. L-utent għandu jibqa' barra ż-żona kollha tal-operat tal-kombinazzjonijiet tar-ras tas-sonda/estensjoni/sonda.

Immaniġġja u armi l-batteriji skond ir-rakkommandazzjonijiet tal-manufattur. Uża biss batteriji rakkommandati. Tħallix it-terminali tal-batterija jiġu f'kuntatt ma' oġġetti metalliċi oħra

Fix-xogħol kollu li jinvolvi l-użu ta' għodda tal-magni jew CMMs, il-protezzjoni tal-għajnejn hi rakkomandata.

Normalment m'hemm l-ebda partijiet li tista' tingħatalhom manutenzjoni mill-utent ġol-units ta' Renishaw li jaħdmu bl-elettriku. Irritorna units difettużi lil Ċentru għas-Servizz tal-Klijenti ta' Renishaw awtorizzat.

Ibdel fjusijiet li taru b'komponenti ġodda ta' l-istess tip. Irreferi għall-informazzjoni tas-SIGURTÀ fid-dokumentazzjoni rilevanti tal-prodott.

Għal istruzzjonijiet dwar it-tindif bla periklu tal-prodotti Renishaw, irreferi għall-informazzjoni dwar il-Manutenzjoni fid-dokumentazzjoni tal-prodott rilevanti.

Itfi d-dawl qabel tibda tagħmel xi xogħol ta' manutenzjoni.

Irreferi għall-istruzzjonijiet tal-operat tal-fornitur tal-magna.

Hi r-responsabbiltà tal-fornitur tal-magna li jiżgura li l-utent ikun konxju dwar kwalunkwe perikli involuti fit-tħaddim, inklużi dawk imsemmija fid-dokumentazzjoni tal-prodotti Renishaw, u li jiżgura li jkun hemm protezzjoni u interlocks tas-sigurtà adegwati pprovduti.

Taħt ċerti ċirkustanzi, is-sinjal tas-sonda jista' jindika b'mod falz kundizzjoni probe seated. Tiddependix fuq is-sinjali tas-sonda biex twaqqaf il-moviment tal-magna.

L-ACC2-2 jiġi iżolat mill-provvista tad-dawl AC permezz tal-mains switch fuq il-panel ta' wara. Jekk kwalunkwe mezzi addizzjonali ta' iżolament ikunu meħtieġa, dan irid jiġi speċifikat u installat mill-manifattur tal-magna jew mill-installatur tal-prodott. L-iżolatur irid jitpoġġa fejn ikun jista' jintlaħaq faċilment mill-operatur tas-CMM u jrid ikun konformi ma' IEC61010 u ma' kwalunkwe regolamenti nazzjonali applikabbli dwar il-wiring għall-pajjiż fejn ikun qed jiġi installat.